Il-Finlandja U L-Iżvezja Japplikaw Biex Jissieħbu Fin-NATO

Il-Finlandja u l-Iżvezja applikaw formalment biex jissieħbu fin-NATO permezz tal-ambaxxaturi rispettivi tagħhom fil-Kwartieri Ġenerali tan-NATO f’Brussell.
Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg f’kummenti li għamel waqt din il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet qal li dan huwa mument storiku. “Issa jmiss li l-Alleati kollha jikkunsidraw dawn l-applikazzjonijiet għal pass li jmiss fit-triq tas-sħubija.”
L-Ambaxxatur Klaus Korhonen kien qed jirrappreżenta lill-Finlandja filwaqt li l-Ambaxxatur Axel Wernhoff kien qed jirrappreżenta lill-Iżvezja waqt din il-preżentazzjoni.
Issa jmiss li jkun hemm qbil unanimu bejn il-membri kollha biex dawn iż-żewġ pajjiżi jsiru membri tan-NATO.
Ritratt: CNN