“Il-Ħajja Qasira Mmens…Grazzi Ta’ Kollox” – L-Aħħar Kliem Ta’ Leslie Gladwish Fuq ONE Radio

 “Il-Ħajja Qasira Mmens…Grazzi Ta’ Kollox” – L-Aħħar Kliem Ta’ Leslie Gladwish Fuq ONE Radio

“Mela, hekk għandu jkun…L-imħabba, x’għadna imbilli noqgħodu miġġielda…U għax hekk u għax hekk, f’din il-ħajja qasira immens. Fili hekk, u fili hekk, m’għadna xejn tagħna.”

Dawn kienu l-aħħar ftit kliem ta’ Leslie Gladwish waqt dak li kellu jkun l-aħħar programm li ppreżenta fuq ONE Radio nhar il-Ħadd li għadda. Huwa sfortunatament miet ilbieraħ.

Fl-aħħar tal-programm waqt li kien qed jitkellem dwar is-suġġett tad-diska li kien għadu kemm daqq qal li ma riedx li jkun negattiv, “għax il-ħajja hija sabiħa…aħna nawguraw il-paċi lil kulħadd.”

L-aħħar kummenti tiegħu kienu, “Il-15 ta’ Mejju tal-2022…Intemm il-programm tiegħi illum bid-diska ‘I Love Her Mind’ li biha insellmilkom. Grazzi ta’ kollox…Jien inkun magħkom jekk Alla jrid nhar it-Tlieta filgħaxija, bil-lejl, f’nofsillejl sat-3am, sbieħ l-Erbgħa, bil-programm ‘Let’s Country.’ Niltaqgħu, grazzi ta’ kollox.”

Aktar kmieni:
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com