Il-Grupp Leġġendarju Reggae UB40 Fiċ-Ċentru Tal-Għaxaq Music Festival 2022

 Il-Grupp Leġġendarju Reggae UB40 Fiċ-Ċentru Tal-Għaxaq Music Festival 2022

Sentejn sħaħ ta’ stennieja minħabba l-pandemija Covid-19 sabiex fl-aħħar isseħħ il-wegħda tal-miġja fil-gżejjer Maltin tal-grupp leġġendarju reggae UB40! UB40 ser ikunu ċ-ċentru attenzjoni fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għaxaq Music Festival. Is-sajf hu wara l-kantuniera u verament wasal iż-żmien għal ċelebrazzjoni kbira! Dan kollu live fl-Għaxaq Grounds nhar is-Sibt, 23 ta’ Lulju.

Din hi l-ewwel miġja fil-gżejjer tagħna ta’ dan il-grupp ikona mużikali veru propju bil-formazzjoni ġdida tiegħu wara t-telfa tal-mibki mużiċist Astro. Mistenni li jkun kunċert bħal mafkar lil Astro bl-avveniment tal-preżenza fostna tal-vuċi unika ta’ Ali Campbell flimkien mal-grupp reggae t’oriġini multi-etnika li sawwar id-definizzjoni għall-mużika reggae għal ġenerazzjoni sħiħa. B’Ali Campbell bħala protagonisti flimkien ma’ parti mill-mużiċisti membri tal-grupp oriġinali. Ali ser ikunu akkumpanjati minn band ta’ tmien elementi li bla dubbju hi garanzija ta’ kwalità mużikali live li żgur tolqot il-gosti mużikali ta’ kull min jgħożż il-mużika vera!

Hu mistenni li l-pubbliku għal drab’oħra jissorprendi ruħu b’lejla festiva oħra ta’ mużika straordinarja hekk kif seħħ bil-kunċert tas-sena 2019 mill-grupp indimentikabbli Smokey. Permezz tal-unjoni bejn il-vuċi leġġendarja ta’ Ali Campbell flimkien mal-mużiċisti kollha fuq il-palk id-dilettanti ta’ mużika vera jkunu jistgħu joqorbu viċin għall-esperjenza tal-ħoss oriġinali ta’ dan il-grupp ta’ fama mondjali b’aktar minn 30 sena ta’ suċċessi, diski ta’ deheb u plantinum fl-gola quċċata tal-klassifiċi u l-bejgħ t’aktar minn 70 miljun kopja tal-albums tagħhom. Fuq kollox, Campbell ser iddewwaq lill-udjenza Maltija siltiet mill-aħħar album ‘Unprecedented’, li kien ir-raba’ u l-aħħar xogħol irrekordjat flimkien ma’ Astro.

UB40 b’dawk l-għeruq fondi fil-ġeneri mużikali reggae u ritmi rock hekk kif ħarġu mit-tlett albums fis-serje Labour of Love li daħlu fl-istorja tal-mużika dinija, żgur ser jissarfu f’atmosfera li tassew tpaxxi il-qalb ta’ kull wieħed hekk il-folla tiżfen taħt sema sajfi inċanat kwiekeb mar-ritmu tal-klassiċi puri bħal Kingston Town, Cherry Oh Baby, u fuq kollox is-suċċess mondjali li kaxkar miegħu l-Ewropa u l-Amerika il-famuża Red Red Wine!

Kif jgħidu xejn ma jixjieħ aħjar mill-ifjen inbid! Forsi għall-eċċezzjoni ta’ mużika bla żmien!

Numru ta biljetti ser ikunu ghall-bejgħ min nhar it-tnejn 16ta’ Mejju min fuq www.showshappening.com

Kull donazzjoni li ser tinġabar mill-pubbliku waqt id-dħul ser tmur għal Embrace Diversity Organisation, organizzazzjoni favur tfal b’diżabilità.

L-Għaxaq Music Festival, 2022 jgawdi il-patroċinju prestiġjuż tal-Kunsill Malti tal-Arti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com