Malta Kisbet 47 Punt Biss Fis-Semifinali Tal-Eurovision

 Malta Kisbet 47 Punt Biss Fis-Semifinali Tal-Eurovision

Wara l-finali tal-bieraħ tħabbru r-riżultati uffiċjali tal-Eurovision li jinkludu dawk tas-semifinali.

Emma Muscat bil-kanzunetta ‘I Am What I Am’ ġabet 47 punt. 20 punt mill-pubbliku u 27 punt mill-ġurija.

B’dan ir-riżultat Malta kklassifikat fis-16-il post minn 18-il kanzunetta li kien hemm fis-semifinali tal-Ħamis.

Cornelia Jakobs tal-Iżvezja rebħet is-serata tas-semifinali tal-Ħamis b’368 punt.

Fis-semifinali, il-Maltin taw it-12-il punt lis-Serbja. Filwaqt, li l-membri tal-ġurija Maltija taw it-12-il punt lill-Iżvezja.

Fl-ewwel semifinali, li saret it-Tlieta, l-Ukrajna rebħet is-serata bi 337 punt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com