Il-Ministru Julia Farrugia Portelli Liebsa Flokk Li Qed Iwassal Messaġġ
Ta’ min wieħed jinnota l-flokk li liebsa l-Ministru Farrugia Portelli li qed jirrappreżenta lin-nisa Ukreni. Dan huwa porġett minn SOS Malta u nħadem minn Cessani bl-iskop li min jixtri dan il-flokk, ikun qed jgħin lill-ommijiet fl-Ukrajna.
B’kollox saru 100 flokk u qed jinbiegħu għall-prezz ta’ €35.
Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli llum iltaqgħet mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa fejn kien diskuss l-irwol tal-mara fl-għaqdiet volontarji u l-inklużjoni b’mod ġenerali.
Kienu wkoll diskussa inizjattivi fejn l-Istrateġija Nazzjonali ta’ Persuni b’Diżabilitá tiddawwar f’waħda reali u tanġibbli biex is-soċjeta’ Maltija tkompli tevolvi f’waħda aktar inklussiva.