“Il-Pubbliku, B’Mod Ġenerali, Għadu Mhux Lest Li Jara Mexxej F’Siġġu Tar-Roti…” – Oliver Scicluna

 “Il-Pubbliku, B’Mod Ġenerali, Għadu Mhux Lest Li Jara Mexxej F’Siġġu Tar-Roti…” – Oliver Scicluna

Hekk kif ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali nxtered għall-ewwel darba ritratt tal-Papa Franġisku jagħmel użu minn siġġu tar-roti fil-Vatikan minħabba problemi mediċi f’saqajh r-reazzjoni tal-pubbliku u tal-media ma naqsitx.

“Nista’ ngħid ħafna affarijiet dwar dawn ir-rappurtaġġi u l-kummenti tan-nies iżda ħsiebi jmur lil hinn min dawn,” kiteb l-eks Deputat Oliver Scicluna fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

Huwa qasam il-ħsieb tiegħu, fejn qal li l-pubbliku, b’mod ġenerali, għadu mhux lest li jara mexxej f’siġġu tar-roti.

“Għax forsi l-‘wheelchair’ huwa simbolu tad-dgħjufija għal ħafna, għax forsi naħsbu li min jużah mhux kapaċi jmexxi għax hu mdaħħal fiż-żmien u wkoll għandu n-nuqqas ta’ mobbilità. Forsi mhux man’norma?” tenna Oliver Scicluna.

“Aħsbu ftit kemm hawn jew kien hawn mexxejja madwar id-dinja inkluż Malta li għandhom diżabilità?”

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi saqsa, għalfejn? X’inhi r-raġuni?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com