Il-PN Jiċħad Li Fl-Aħħar Sentejn Id-Dejn Tiegħu Żdied Bi €8 Miljuni

 Il-PN Jiċħad Li Fl-Aħħar Sentejn Id-Dejn Tiegħu Żdied Bi €8 Miljuni

Il-Partit Nazzjonalista jiċħad kategorikament l-istorja ppublikata fil-gazzetta Illum fejn qed tisħaq li d-dejn tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar sentejn żdied bi tmien miljun ewro.

Fi stqarrija l-PN jisħaq li ċ-ċifra ta’ €24 miljun kwotata mill-gazzetta hi biss id-dejn tal-PN. L-ammont imsemmi mill-Kap tal-PN kien jinkludi d-dejn akkumulattiv, jiġifieri dak tal-Partit Nazzjonalista u l-kumpaniji tiegħu.

Il-PN tenna li meta laħaq Kap tal-PN Bernard Grech minkejja id-diffikultajiet finanzjarji li sab, żamm id-dejn tal-Partit Nazzjonalista kostanti, minkejja li kien hemm elezzjoni ġenerali u mingħajr ma biegħ każin.

Fid-diskors fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali Bernard Grech kellu l-kuraġġ li jgħid il-verità kollha u poġġa l-karti kollha fuq il-mejda, biex din il-problema li ilha tikber matul ħafna snin ma tibqax mażra m’għonq il-Partit. Hu għalhekk li saħaq li hemm bżonn deċiżjonijiet għaqlin li jwasslu biex din il-problema tiġi kkontrollata u solvuta fl-inqas żmien possibbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com