Jindarab Gravi Wara Ġlieda Bejn Tliet Irġiel Dalgħodu Fis-Siġġiewi

 Jindarab Gravi Wara Ġlieda Bejn Tliet Irġiel Dalgħodu Fis-Siġġiewi

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ qegħdin jinvestigaw allegat argument li seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9am, fi Triq Dun Anton Vella, is-Siġġiewi.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-argument seħħ bejn tliet persuni, raġel ta’ 59 sena residenti Ħal Tarxien u żewġt irġiel ta’ 34 u 43 sena li joqgħodu s-Siġġiewi stess.

Ir-raġel ta’ 59 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Iż-żewġt irġiel l-oħra ttieħdu fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa u kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

Huma qed jinżammu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com