Imut Andy Fletcher Fl-Età Ta’ 60 Sena – Il-Pjanista Tal-Grupp Depeche Mode

Tħabbret il-mewt ta’ Andy Fletcher, il-pjanista u fundatur tal-grupp ta’ fama mondjali Depeche Mode. Huwa kellu 60 sena.
Dan tħabbar mill-membri tal-grupp fuq il-mezzi soċjali fejn qalu li jinsabu maħsuda u mnikkta bit-telfa tal-ħabib tagħhom Andy. Huma kienu jqisu l-band tagħhom bħala familja.
“Andy kellu qalb tad-deheb u dejjem kien hemm kull meta ridt l-għajnuna, biex titkellem, għal daħka tajba jew għal pinta birra,” kitbu l-grupp Depeche Mode.
S’issa għadu mhux magħruf il-kawża tal-mewt.