Is-Suldat Russu Li Qatel Ċittadin Ta’ 62 Sena Għalxejn Jeħel Għomru L-Ħabs
Il-Qorti Ukrena tat sentenza ta’ għomor il-ħabs lil suldat Russu li qatel raġel għal xejn b’xejn waqt l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Is-Surgent Vadim Shishmarin kien akkużat li qatel lil Oleksandr Shelipov ta’ 62 sena fil-villaġġ ta’ Chupakhivka, fit-28 ta’ Frar.
Huwa ammetta li qatlu, però qal li kien ordnat li jagħmel hekk, waqt li talab maħfra lill-armla tar-raġel li kienet fl-awla.
Diversi reati tal-gwerra qed ikomplu jkunu investigati fl-Ukrajna, fejn qed jingħad li hemm madwar 11,000 reat kriminali li sar. Madanakollu r-Russja qed tkompli tiċħad li s-suldati tagħha qed joqtlu lin-nies ċivili.
Ritratt: BBC