Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur U Waqa’ F’Għawdex

Sewwieq ta’ mutur ta’ 39 sena li joqgħod il-Munxar sofra ġrieħi gravi wara tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, fi Triq Ta’ Sannat, is-Sannat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.