Iwieġeb Beppe Caruana…Tifel Bl-Awtiżmu

 Iwieġeb Beppe Caruana…Tifel Bl-Awtiżmu

“Aħna l-persuni bil-kundizzjoni tal-awtiżmu m’aħniex inkonvenjent. Meta niċċaqilqu jew nagħmlu xi storbju nkunu qed nirregolaw lilna nfusna.”

Hekk kiteb it-tfajjel Beppe Caruana b’reazzjoni għall-kummenti li għaddej bħalissa fuq il-mezzi soċjali dwar il-kundizzjoni tal-awtiżmu u oħrajn.

Beppe huwa tifel li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu u li din il-kundizzjoni ma’ taqtalu qalbu xejn milli jwettaq il-ħolm tiegħu. Fil-fatt Beppe kiteb bosta kotba għal tfal bħalu biex ikompli jwassal aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni.

“Aħna għadna dritt noħorġu u mmorru nieklu u nieħdu pjaċir bħal ħaddieħor,” kompla jikteb Beppe Caruana fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

Huwa temm jgħid li huma mhux perikolużi, “imma f’dan il-każ l-injoranza hija l-vera periklu!”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com