Kalush Orchestra Tbiegħ It-Trofew Tal-Eurovision Għal Ftit Aktar Minn €800,000

 Kalush Orchestra Tbiegħ It-Trofew Tal-Eurovision Għal Ftit Aktar Minn €800,000

Kalush Orchestra, il-band Ukrena rebbieħa tal-Eurovision 2022 biegħu t-trofew għal €838,000 biex ikomplu jiġbru l-fondi b’risq il-gwerra fl-Ukrajna.

It-trofew tal-kristall forma ta’ mikrofonu nbiegħ fuq Facebook, b’għan li l-flus jmorru biex jinxtraw drones militari tat-tip PD-2, għall-armata Ukrena.

F’kummenti li ta Oleh Psiuk, qal li l-gwerra hija xi ħaġa kerha ħafna u appella lin-nies biex jieħdu din il-ħaġa bis-serjetà, sakemm terġa’ tirrenja l-paċi fl-Ukrajna.

Huwa qal li s’issa nqatlu ‘l fuq minn 4,000 persuna ċivili u aktar minn 14-il miljun persuna kellhom jaħarbu minn darhom.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com