L-Aqwa 8 FIFA Players Maltin Ser Jikkompetu Fil-Finali Tal-Malta BOV ePremier League
Matul dan it-tmiem il-ġimgħa jasal fi tmiemu t-tielet staġun tal-Malta BOV ePremier League fejn l-aqwa tminn players lokoli tal-logħoba popolari FIFA 2021 ser ikunu qedgħin jikkompetu sabiex jirbħu t-titlu f’isem tim tal-Premier lokali.
Fil-binja tal-Universita’ ta’ Malta fi Triq San Pawl fil-Belt Valletta, ser jiġu ospitati l-aħħar logħobiet tal-istaġun ta’ din is-sena. Tminn players, li qedgħin jirrapreżentaw tminn timijiet lokali, ser ikunu qedgħin jikkompetu fuq il-verżoni ta’ PS5 tal-FIFA Ultimate Team.
- Balzan FC – Miguel “Migi” Grima
- Santa Lucia FC – Gianluca – “Turbulense” Sant
- Hamrun Spartans – Matthias “Tubbi” Farrugia
- Gudja United – “KurstenFIFA” Sciberras
- Sliema Wanderers – Luke “LukeBartolo99” Bartolo
- Gzira United – Duane “DuaneMercieca” Mercieca
- Birkirkara FC – Kyle “Barzak” Calleja
- Mosta FC – Matteo “Vella_999” Vella
Ir-rebbieħa fost dawn ser ikun qiegħed jirbaħ €5,000 fi flus kontanti u biljett sabiex jipparteċipa f’isem Malta sabiex jirrapreżenta lill-pajjiża fl-international FIFA eWorld Cup Playoffs li fihom ser ikunu qedgħin jikkomptu l-aqwa players fid-dinja.
Din hi opportunita’ kbira sabiex player lokali ikabbar il-pjattaforma tiegħu fuq livell internazzjonali fl-industrija tal-eSports li kull ma jmur dejjem qed tkompli tikber.
Is-Sibt 28 ta’ Mejju mill-10 ta’ filgħodu ‘il quddiem ser jitlgħabu l-kwarti tal-finali;
10:30am Balzan FC vs Mosta FC
11:20am Hamrun Spartans vs Gzira United
12:10pm Santa Lucia vs Gudja United
1.00pm Sliema Wanderers vs Birkirkara FC
Is-Semi-Finali u l-Finali ser jitlgħabu l-Ħadd 29 ta’ Mejju fis-1.30pm u 3.15pm rispettivament.
Aktar dettalji dwar il-fażi finali, il-logħob u anke l-biljetti tistgħu tiksbuhom fuq https://maltaepremierleague.com/fixtures u https://bit.ly/mepl-2022
Il-Malta ePremier League huwa organizzat mill-Assocjazzjoni Maltija tal-Football u GMR.