L-Attur Russell Crowe Reġa’ Jinsab F’Malta

 L-Attur Russell Crowe Reġa’ Jinsab F’Malta

L-attur magħruf Russell Crowe jinsab f’Malta.

Dan kien konfermat wara li fuq il-mezzi soċjali tiegħu huwa tella’ ritratt tal-Forti Sant’Anġlu hekk kif kien qed jidher dalgħodu fiċ-ċpar.

Mhux magħruf jekk Crowe hux qiegħed Malta għall-ġbid tal-film ‘Napoleon’.

Bħalissa f’Malta hawn ukoll id-Direttur Ridley Scott u l-attur Joaquin Phoenix li qed jieħdu sehem ukoll f’dan il-film. Żewġ artisti li diġà ħadmu ma’ Russell Crowe fil-film ‘Gladiator’ li nġibed f’Malta fl-1999.

Fil-bidu ta’ din is-sena Crowe kien ġie onorat mill-Malta Film Awards.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com