L-Italja Tikkonferma L-Ewwel Tliet Każijiet Ta’ Monkeypox
Ilbieraħ l-Italja kkonfermat l-ewwel tliet każijiet ta’ Monkeypox fl-Isptar tal-Infezzjonijiet Lazzaro Spallanzani F’Ruma.
Il-Kummissarju għas-Saħħa Taljan Alessio D’Amato qal li dawn it-tliet każijiet kienu f’kuntatt ma’ xulxin fil-jiem ta’ qabel.
Jidher li ftit ġranet qabel wieħed mill-persuni infettati rritorna lura l-Italja mill-Gżejjer Kanarji.
Fl-Ewropa s’issa jidher li hemm tliet każijiet fl-Italja, żewġ każijiet fil-Belġju, każ fi Franza, erbatax-il każ fil-Portugal, seba’ każijiet fi Spanja, każ fl-Iżvezja u disa’ każijiet fir-Renju Unit.
Hans Kluge, Direttur Reġjonali tal-Ewropa tal-WHO qal li hekk kif issa riesaq is-sajf b’diversi attivitajiet tal-massa madwar l-Ewropa se jkun aktar faċli li t-trażmissjoni tal-infezzjoni ż-żied ir-ritmu. Huwa qal li l-Monkeypox se jkun qed ikompli jinfirex b’rata aktar mgħaġġla issa ladarba daħal fl-Ewropa.
Ritratt: Reuters