Luke Bartolo U Sliema Wanderers Huma R-Rebbieħa Tal-Kampjonat BOV ePremier

 Luke Bartolo U Sliema Wanderers Huma R-Rebbieħa Tal-Kampjonat BOV ePremier

L-istaġun tal-BOV Malta ePremier League wasal fi tmiem u ntrebaħ minn Sliema Wanderers li kienu rappreżentati mill-gamer Luke Bartolo.

Fil-finali, Bartolo lagħab kontra Santa Luċija rrapreżentati minn Gianluca Sant.

Il-finali, kellha tmur għal-ħin barrani peress li bl-aggregate sa tmiem il-ħin regolamentari kien għadu ta’ żewġ goals għal kull tim, Bartolo skurja l-goal rebbieħ ftit minuti qabel it-tmiem.

Intant, Sant f’isem Santa Luċija, kiseb it-tieni post wara t-telfa kontra Bartolo, filwaqt li Gżira United rrapreżentati minn Duane Mercieca f’dan il-kampjonat virtwali kisbu t-tielet post.

Bartolo, minbarra t-titlu, rebaħ ukoll is-somma sabiħa ta’ €5,000 kif ukoll iċ-ċans li jikkompeti fil-playoffs tal-FIFA eWorld Cup.

Il-Malta ePremier League huwa organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football u GMR.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com