Lyndsay Tniedi Kanzunetta Ġdida – Dan Is-Sajf Mistenni L-Ewwel Album Tagħha ‘Dopamine’

 Lyndsay Tniedi Kanzunetta Ġdida – Dan Is-Sajf Mistenni L-Ewwel Album Tagħha ‘Dopamine’

Lyndsay Pace, il-kantanta prominenti minn dejjem kellha passjoni aħħarija għall-mużika u tħobb tesprimi ruħa b’din l-arti. Fil-fatt, hija bħalissa qeda kontinwament taħdem fuq materjal ġdid.

Fost ħafna proġetti mużikali, Lyndsay bħalissa qed taħdem fuq ir-rilaxx ta’ l-ewwel album tagħha ‘Dopamine’ fuq stil pop li jikkonsisti f’12-il kanzunetta b’kollox u se jkun disponibbli għall-bejgħ dan is-sajf.

Propju llum Lyndsay għadha kif nediet waħda mill-kanzunetti ġodda bl-isem ta’ ‘Hanging’ produzzjoni u lirika ta’ Michael James Down, Will Taylor u Charlotte Churchman b’kollaborazzjoni ma’ Highkey Music. Dan flimkien ma’ vidjow lirikali li huwa produzzjoni u direzzjoni ta’ Daphne Sammut.

Din il-kanzunetta hija propju waħda mill-kanzunetti li mistennija jkunu fl-album.

Lyndsay qeda wkoll impenjata b’diversi avvenimenti mużikali u dejjem tħobb iżomm ruħha attiva.

Ara l-vidjow mużikali:

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.