“Madwar 700,000 Suldat Bħalissa Qed Jiddefendi Lill-Ukrajna” – Il-President Ukren Zelensky
Madwar 700,000 suldat Ukren bħalissa qed jiddefendi lil pajjiżu. Dan kien ikkonfermat mill-President Ukren Volodymyr Zelensky waqt intervista li saritlu fuq it-televiżjoni nhar is-Sibt.
Fil-bidu tal-invażjoni r-Russja kienet qalet li għanda bejn 100,000 u 190,000 suldat Russu li qed jiġġieled din il-gwerra. Għalkemm in-numri eżatti issa wara tliet xhur ta’ ġlied mhux magħrufa.
Sadanittant, il-forzi Russi komplew l-attakk tagħhom fil-lvant wara li ddikjaraw li rebħu l-belt ta’ Mariupol nhar il-Ġimgħa hekk kif l-aħħar suldati Ukreni f’Azovstal ċedaw l-armi.
Ritratt: Euronews