Mal-Lejl Ammont Kbir Ta’ Ħaddiema Komplew Bit-Tindif Wara Li Bowser B’29,000 Litru Diesel Inqaleb Fil-Marsa

 Mal-Lejl Ammont Kbir Ta’ Ħaddiema Komplew Bit-Tindif Wara Li Bowser B’29,000 Litru Diesel Inqaleb Fil-Marsa

Wara l-inċident li seħħ ilbieraħ fil-Marsa, fejn bowser mimli diesel inqaleb b’konsegwenza li ammont kbir ta’ fjuwil spiċċa mxerred mat-triq u fil-baħar, ix-xogħol minn diversi entitajiet matul dan il-lejl ma waqqafx sabiex it-triq tkun tista’ terġa’ tinfetaħ b’mod sigur.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħhom qalu li l-bowser kien qed iġorr madwar 29,000 litru ta’ diesel.

Id-Direttur tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu rringrazzja lil ħaddiema kollha li qed jagħtu s-sehem tagħhom f’din l-operazzjoni delikata sabiex titnaddaf it-triq u l-baħar fejn seħħ l-inċident.

Huwa qal li dawn l-aħħar siegħat kienu impenjattivi ferm għal numru ta’ ħaddiema, b’ħidma komplet għaddejja anke matul il-lejl, flimkien ma diversi ħaddiema minn entitajiet governattivi oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com