Malta Eliminata U Ma Tikkwalifikax Għall-Finali Tal-Eurovision
Sfortunatament il-kantanta Maltija Emma Muscat bid-diska ‘I Am What I Am’ ma għaddietx għall-finali tal-Eurovision. L-avventura tagħha fil-Eurovision tispiċċa hawn iżda bla dubju Emma għandha karriera fil-kant mill-isbaħ quddiema.
Minkejja dan Emma tat prestazzjoni mill-aqwa fis-serata tal-lejla.
Aktar kmieni d-djar tal-imħatri kienu qed jagħtu 50% ċans li l-kanzunetta ta’ Malta tgħaddi għall-finali.
L-10 pajjiżi li għaddew għall-finali tas-Sibt huma l-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Ażerbajġan, il-Polonja, il-Finlandja, l-Estonja, l-Awstralja, l-Iżvezja, ir-Rumanija u s-Serbja.