Malta Fost L-Aktar Pajjiżi Li Ħadu Sehem Iżda Qatt Ma Rebħuh – Ara Fatti Interessanti Dwar Il-Eurovision
Tħobbu jew le, il-Eurovision huwa avveniment annwali segwit minn madwar 180 miljun persuna kull sena madwar id-dinja.
Il-Eurovision ra l-bidu tiegħu 1956 u l-għan kien li jerġa jgħaqqad l-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija permezz tal-mużika.
Fl-ewwel edizzjoni kienu ħadu sehem seba’ pajjiżi li kienu l-Belġju, Franza, l-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Isvizzera, il-pajjiż li ospita din l-ewwel edizzjoni.
Sena wara kienet żdiedet l-Ingilterra.
Il-Eurovision sa mill-1956 dejjem sar, ħlief fis-sena 2020 minħabba l-pandemija tal-Covid. Din is-sena hija s-66 edizzjoni ta’ dan il-festival.
Mas-snin il-pajjiżi li jieħdu sehem dejjem komplew jiżdiedu, b’Malta tibda tieħu sehem fl-1971.
L-Irlanda huwa l-aktar pajjiż li qatt rebaħ din il-kompetizzjoni, b’total ta’ 7 darbiet.
Warajhom l-Iżvezja 6 darbiet u l-Lussemburgu, Franza, ir-Renju Unit u l-Olanda rebħu dan il-festival 5 darbiet kull wieħed.
Sfortunatament Malta ħadet sehem 34 darba u għaddiet għall-finali 26 darba mingħajr qatt ma rebħet dan il-festival. Dawn iċ-ċifri jpoġġu lil pajjiżna fost l-aktar pajjiżi li qatt ħadu sehem imma qatt ma rebħu. Warajna hemm biss Ċipru li ħadu sehem 38 darba u għaddew għall-finali 31 darba imma bħalna qatt ma irnexxielhom jirbħu dan l-imbierek festival.
L-Islanda tinsab fl-istess pożizzjoni tagħna għaliex ħadet sehem 34 darba iżda għaddew għall-finali 27 darba, però bħalna u bħal Ċipru qatt ma rebħu.
Il-Portugall li ħadet sehem 53 darba u l-Finlandja li ħadet sehem 55 darba, u li kienu qabilna f’din il-lista, rnexxielhom joħorġu minnha fl-aħħar snin, fl-2017 u l-2006 rispettivament.
L-aktar darbtejn li Malta kienet viċin li tirbaħ kienu fl-2002 u fl-2005 fejn Ira Losco u Chiara kienu ġew fit-tieni post rispettivament.
Taħseb li Malta xi darba qatt tista’ tirbaħ il-Eurovision?