Malti Ordnat Saċerdot Fil-Katidral Ta’ San Cerbone F’Massa Marittima, L-Italja

 Malti Ordnat Saċerdot Fil-Katidral Ta’ San Cerbone F’Massa Marittima, L-Italja

Illum kienet ġurnata speċjali għal Kevin Sciberras hekk kif waqt ċerimonja speċjali li saret fil-Katidral ta’ San Cerbone f’Massa Marittima, l-Italja ġie ordnat saċerdot.

Kevin Sciberras dawn l-aħħar snin kien qed jistudja fl-Università Angelicum ta’ Ruma.

Ħadem f’diversi oqsma amministrattivi f’Malta, fosthom f’Ministeri, mal-UNESCO kif ukoll kien direttur tal-kultura f’Għawdex.

Huwa mistenni jibda jservi fil-gżira ta’ Elba, fl-Italja.

Ara l-filmati: 

Awguri Kevin!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com