Malta U Kuba Jiffirmaw Ftehim Bilaterali Dwar Il-Kura Tas-Saħħa U X-Xjenza Medika

 Malta U Kuba Jiffirmaw Ftehim Bilaterali Dwar Il-Kura Tas-Saħħa U X-Xjenza Medika

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għas-Saħħa Pubblika ta’ Kuba José Angel Portal Miranda ffirmaw ftehim li jinkludi diversi opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f’diversi oqsma relatati mal-qasam tas-saħħa. Dan il-ftehim ġie ffirmat waqt laqgħa bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi fil-75 edizzjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa li qed titlaqqa’ f’Ġinevra.

L-oqsma ta’ kooperazzjoni jinkludu riċerka u skambju ta’ tagħrif u best practices, kollaborazzjoni fis-sistemi ta’ kura primarja fl-oqsma tal-farmaċija u l-bioteknoloġija, fit-taħriġ tal-professjonisti f’oqsma speċjalizzati u skambju tal-ispeċjalisti fost oqsma oħra relatati mal-kura tas-saħħa u x-xjenza medika.

Id-Deputat Prim Minsitru Malti saħaq li dan il-ftehim huwa l-bidu ta’ programm ta’ kollaborazzjoni medika bejn Malta u Kuba, u awgura li ż-żewġ pajjiżi jibbenefikaw b’mod reċiproku mit-tagħrif maqsum. Il-Ministru għas-Saħħa Pubblika ta’ Kuba esprima l-istess pożittività, fejn irringrazzja lill-Gvern Malti ta’ din l-inizjattiva.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com