Mil-Lum Il-Ħinijiet Tal-Viżitaturi Fl-Isptar Mater Dei Lura Għan-Normal

 Mil-Lum Il-Ħinijiet Tal-Viżitaturi Fl-Isptar Mater Dei Lura Għan-Normal

Mil-lum, il-ħinijiet tal-viżitaturi għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei se jerġgħu lura għan-normal.

Dan hekk kif il-ħinijiet, mit-Tnejn sal-Ħadd, inklużi festi pubbliċi, se jkunu mill-11:30am sas-1:00pm u mit-3:00pm sat-8:00pm.

Viżitatur wieħed biss jista’ jidħol maġenb pazjent. Dan japplika wkoll għal persuni fl-Emerġenza u l-Outpatients.

Il-viżitaturi għandhom f’kull ħin jilbsu l-maskri sabiex jiġu protetti l-vulnerabbli fl-isptar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com