Mil-Lum L-Inġinier Trustin Farrugia Cann Inħatar Kap Eżekuttiv Ta’ Infrastructure Malta

 Mil-Lum L-Inġinier Trustin Farrugia Cann Inħatar Kap Eżekuttiv Ta’ Infrastructure Malta

L-Inġinier Trustin Farrugia Cann inħatar bħala Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali.

Il-ħatra tidħol fis-seħħ mil-lum, it-Tnejn 23 ta’ Mejju 2022.

Fi stqarrija ntqal li l-Inġ. Farrugia Cann huwa inġinier li serva fil-Water Services Corporation fejn mexxa diversi inizjattivi fosthom proġetti dwar sorsi ta’ enerġija rinovabbli u effiċjenza fl-enerġija. Farrugia Cann ħadem fl-Energy and Water Agency kif ukoll bħala lettur fl-MCAST. Huwa ggradwa b’Master of Science fl-Università James Madison f’Virginia fl-Istati Uniti.

Huwa ukoll referee tal-FIFA u inħatar għal diversi logħbiet internazzjonali mal-kompetizzjoni tal-UEFA u tal-FIFA.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia rringrazzja lill-Inġ. Frederick Azzopardi li serva f’dan l-irwol għax-xogħol tiegħu tul is-snin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com