Passiġġier Fuq Mutur Isofri Ġrieħi Gravi Wara Ħabta Ma’ Karozza Fil-Mosta

Passiġġier fuq mutur sofra ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm, fi Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kymco Agility, misjuq minn mara mill-Awstrija ta’ 26 sena u VW Golf, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħad Dingli.
Il-mara u passiġġier li kien hemm fuq l-mutur, raġel ta’ 31 sena, ukoll mill-Awstrija, ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.
Is-sewwieq tal-karozza ma weġġax.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.