Passiġġiera Fuq Mutur B’Ġrieħi Serji Wara Ħabta Fil-Mosta

 Passiġġiera Fuq Mutur B’Ġrieħi Serji Wara Ħabta Fil-Mosta

Tfajla ta’ 26 sena sofriet ġrieħi serji f’aċċident tat-traffiku bejn karozza u mutur.

L-aċċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11:30pm, fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 120D misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti l-Gżira u Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Imġarr.

Passiġġiera fuq il-mutur Peugeot kien hemm tfajla ta’ 26 sena residenti l-Imġarr.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu u t-tliet persuni nvoluti fl-inċident ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard il-passiġġiera tal-mutur kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji, filwaqt li x-xufier tal-mutur sofra minn ġrieħi gravi. Il-mara ta’ 28 sena kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com