Malta Fost L-Aqwa 10 Pajjiżi Fid-Dinja Biex Taħdem B’Mod Rimot

 Malta Fost L-Aqwa 10 Pajjiżi Fid-Dinja Biex Taħdem B’Mod Rimot

Malta tinsab fost l-aqwa 10 pajjiżi fid-dinja li wieħed jista’ jaħdem b’mod rimot fiha b’inċentivi li jippromovu dan is-settur.

Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mis-sit Kayak li hija fost l-aqwa siti mfittxija għas-safar. Dan l-istudju juri l-aqwa 100 pajjiż fid-dinja li huma l-aktar aċċessibbli u mfittxija ma’ ħaddiema li jaħdmu b’mod rimot, li kull ma jgħaddi ż-żmien dejjem qed jiżdiedu.

Fl-ewwel post insibu lil Portugal li bħala pajjiż għandu diversi skemi li jinċentivaw dawn il-ħaddiema, warajhom insibu lil Spanja, Rumanija, l-Mauritania u l-Ġappun.

Dan il-fenomenu ta’ diġital nomad li tfisser li persuna tkun tista’ taħdem b’mod rimot waqt li qed timxi minn pajjiż għal ieħor u b’hekk qed toħloq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja soċjali tagħha beda mill-pandemija tal-Covid. Ħafna kumpanija għalqu l-uffiċini tagħhom u ħafna ħaddiema bdew jaħdmu mid-dar tagħhom. Din l-idea jidher li ntlaqtet tajjeb ħafna minn bosta tant li komplew jaħdmu b’dan il-mod. Jidher ukoll li l-produttività tax-xogħol żdiedet ukoll u tat aktar lok li tistà taħdem minn kull rokna tad-dinja.

F’Malta, li kwalifikat fis-6 post f’dan l-istħarriġ jidher li qed nattiraw diversi nies li jgħixu għal xi żmien f’pajjiżna waqt li jkunu qed jaħdmu b’mod virtwali. Il-Gvern daħħal ukoll diversi skemi sabiex jinċentiva dan is-settur ekonomiku ġdid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com