Possibilità Ta’ Xita Bir-Ragħad Dalgħodu…Jibnazza U Jsir Xemxi Aktar Tard Waranofsinhar
⚡️🌦 It-temp illum pjuttost imsaħħab u mdaħħan (‘hazy’) bi ftit xita tal-ħamri għall-ewwel possibbilment bir-ragħad. Jibnazza u jsir xemxi minn tard waranofsinhar. Inqas sħun mill-aħħar jiem.
[☔️: 45% | ⚡️: 40% | 💨: 70% | 🌈: 35%]
🌬 Ir-riħ ftit qawwi (F5-6) mix-Xlokk il-Lvant (ESE) li jsir moderat (F4) min-Nofsinhar (S) u mbagħad ħafif (F3) mill-Majjistral (NW) matul filgħaxija.
🌊 Il-baħar ftit qawwi li jsir moderat.
🌡 L-ogħla temperatura llum: 27°C; l-inqas illejla: 19°C.
🥶 Tinħass: 26°C | 18°C.
🔆 Indiċi UV: 9.
Ritratt miġbud riċentament minn Ħal Balzan, grazzi għal Daniel Muscat Caruana