Pulizija Jieqaf Minn Dak Li Kien Qed Jagħmel U Jmur Jilgħab Ma’ Tifel Bl-Awtiżmu Biex Jikkalmah
“Veru ammirajtu lil dan l-uffiċjal. Kien professjonali fuq xogħolu u ħaqqu jiġi irringrazzjat, però sfortunatament ma nafx x’jismu…Wieħed twil u fih raġel.”
Li tkun apprezzat fuq xogħlok hija xi ħaġa sabiħa ferm, aktar u aktar meta dak li tkun qed tagħmel, tagħmlu mill-qalb mingħajr ma tistenna xejn lura.
Hekk irrakkontat mara li nhar is-Sibt li għadda inzertat kienet qed tistenna fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei ma’ omma, u x’taqet tirringrazzja Pulizija li għen tifel li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Jidher li wara xi ftit tal-ħin mhux ħażin ta’ stennija t-tifel ma setax joqgħod bilqiegħda iżjed u beda jsir iżjed anzjuż. Il-mara rrakkontat kif f’ħin minnhom nzerta kien għaddej Pulizija b’xi karti f’idejh u x’ħin ra lil dan it-tifel mar għal fuqu, daħaqlu u staqsih x’jismu. Wara għamillu ‘high five’ u ftit wara poġġa bilqiegħda ħdejh u beda jilgħab miegħu.
“Qabel ma telaq tah badge tal-Pulizija u dan it-tifel tista’ t’immaġina kemm feraħ u spiċċa jxejjer lil dan il-Pulizija u jitfagħlu l-bews,” kompliet tikteb din il-mara li bagħtet messaġġ lill-Pulizija b’din l-istorja ħelwa.
It-Taqsima tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija ippublikat dan il-messaġġ u identifikat lill-kuntistabbli li kienet qed tirreferi għalih il-mara bħala PC 840 R. Psaila.
Prosit!