Qalilha Li Ma Jinteressaħx Li Binha Bl-Awtiżmu Imma Li Dejqu L-Istorbju
Fuq il-midja soċjali tagħha, Val Sacco Muscat kitbet esperjenza li għaddiet minnha lbieraħ hi u żewġha flimkien ma’ binhom bl-awtiżmu fejn waqt li kienu għall-kafè, ħdejhom poġġa persuna li allegatament beda jgerger u jgħajjat biex isiktuh.
Dan għaliex beda jilgħab bit-tablet u jagħmel ħsejjes li s-soltu jagħmel meta jifraħ. Muscat qalet li kien hemm mal-għoxrin mejda oħra vojta u r-raġel imsemmi, seta’ faċilment jimxi ftit lil hinn minnhom.
Spjegat kif malli marret tispjegalu li Karl – binha għandu l-awtiżmu, ir-raġel allegatament qallha li ma jinteressaħx u li kellha ssiktu.
“Min jaf kemm hawn ġenituri li ma joħorġux m’uliedhom li għandhom awtiżmu, forsi għax jiddejjqu min-nies għax iħarsu lejhom, imbagħad issib xi ċuċ bħal dan ikompli jwaddbek mitt sena lura. Nirringrazzja l-Alla li jien nies bħal dawn ma jaffettwawnix, imma seta’ kien ħaddieħor”, kitbet Muscat.
Intom x’taħsbu dwar dan?