Rapport Tal-GRECO Juri Li Malta Wettqet Jew Qed Twettaq Iżjed Min-Nofs Ir-Rakkomandazzjonijiet Tagħha Stess

Ir-Rapport GRECO qal li Malta implimentat b’mod sħiħ żewġ rakkomandazzjonijiet, qed twettaq 12 oħra filwaqt li baqa’ 9 rakkomandazzjonijiet biex jiġu implimentati.
Dan ir-rapport juri li l-Gvern wettaq riformi favur is-Saltna tad-Dritt u anke l-Governanza tajba. Jinnota wkoll li ġew addotatti politika kontra l-korruzzjoni u l-frodi, il-kodiċi tal-etika fil-Korp tal-Pulizija u anke l-istrateġija tat-trasformazzjoni tal-Korp innifsu.
Il-GRECO nnota pożittivament il-fatt li l-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija issa qed issir b’sejħa pubblika u bi skrutinju parlamentari.
Fl-aħħarnett, il-GRECO semmiet li hemm bżonn aktar progress fuq punti oħra u anke l-ħtieġa ta’ titjib fil-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fuq pjattaformi online.