Notice: fwrite(): write of 1409 bytes failed with errno=28 No space left on device in /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php on line 42
Semgħu L-Kelma “Ma” Wara Ħafna Snin Ta’ Stennija - Strada Rjali

Semgħu L-Kelma “Ma” Wara Ħafna Snin Ta’ Stennija

 Semgħu L-Kelma “Ma” Wara Ħafna Snin Ta’ Stennija

Numru ta’ ommijiet ta’ tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu rrakontaw dakinhar li, wara ħafna stennija, semgħu lil uliedhom jgħidulhom il-kelma “ma”.

Filwaqt li uħud minn dawn it-tfal qalu din il-kelma verbalment wara diversi snin, oħrajn illum qed jikkomunikaw ma’ ommhom permezz ta’ device speċjalizzat li jgħinhom jesperimu ruħhom.

“Ħafna ġenituri m’għandhomx ix-xorti li għandi jien” qalet Sefora omm Diego, tifel fuq l-ispettru tal-awtiżmu li llum qed jitkellem il-bżonnijiet bażiċi tiegħu.

“Omm meta jkollha it-tfal l-aktar kelma li tkun qed tistenna hija l-kelma ‘ma’…iżda hawn ħafna ġenituri li ma semgħux din il-kelma. Meta tistenna u tistenna u dik il kelma ma toħroġx huwa wieħed mill-ikbar uġiegħ li tħoss”.

Ommijiet oħrajn irrakuntaw il-ferħ li ħassew meta permezz tad-device uliedhom ikkomunikaw għall-ewwel darba. Omm Eli tgħid, “Meta ħa id-device kiteb, ‘jien irrid lill-mummy’. Dak il-ħin bkejt għax qatt ma kont ħsibt li se nisma’ dawk it-tlett kelmiet”.

Għada, is-Sibt 7 ta’ Mejju, lejliet Jum l-Omm, inti tista’ tgħin lil tfal bħal Eli sabiex jirċievu dan id-device u jkunu jistgħu jibdew jikkomunikaw. Segwi l-maratona tal-Malta Trust Foundation fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televixin bejn is-1.30pm u nofsillejl.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com

Fatal error: Uncaught wfWAFStorageFileException: Unable to verify temporary file contents for atomic writing. in /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php:51 Stack trace: #0 /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php(658): wfWAFStorageFile::atomicFilePutContents() #1 [internal function]: wfWAFStorageFile->saveConfig() #2 {main} thrown in /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php on line 51

Warning: Unknown: write failed: No space left on device (28) in Unknown on line 0

Warning: Unknown: Failed to write session data (files). Please verify that the current setting of session.save_path is correct (/var/lib/php/sessions) in Unknown on line 0