S’Issa Vvutaw 51% Tal-Kunsilliera Tal-PN – Il-Votazzjoni Għall-Kap Tal-PN Tkompli Llum

 S’Issa Vvutaw 51% Tal-Kunsilliera Tal-PN – Il-Votazzjoni Għall-Kap Tal-PN Tkompli Llum

Wara t-tieni jum ta’ votazzjoni fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista vvutaw b’total ta’ 51 fil-mija tal-kunsilliera eleġibbli.

Il-votazzjoni issa tissokta llum is-Sibt 28 ta’ Mejju bil-votazzjoni tkun bejn it-8am u l-5pm fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietá u bejn it-8am u t-3pm fis-Subheadquarters tal-PN f’Ta Sannat.

L-għadd tal-voti jibda eżattament wara bir-riżultat mistenni jitħabbar għall-ħabta tas-7pm.

Il-Ħamis filgħaxija l-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista avżat lill-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista li jistgħu jagħżlu persuna fdata biex tmur tivvota f’isimhom.

Fi stqarrija ntqal li dawk li fil-preżent jinsabu msefrin u jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tal-vot għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni Elettorali biex tinħatar persuna li minflokha u fuq direzzjoni tal-kunsillier tkun tista’ tivvota b’mod proxy.

Kunsilliera eliġibbli biex jivvutaw hemm 1,550.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com