Tfajla Li Kienet Riekba Fuq Mutur Tinsab Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Ħabta Fis-Siġġiewi

 Tfajla Li Kienet Riekba Fuq Mutur Tinsab Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Ħabta Fis-Siġġiewi

Tfajla mir-Repubblika Ċeka ta’ 25 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’ħabta bejn vann u żewġ muturi.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1pm, fi Triq Blat il-Qamar, is-Siġġiewi.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda NSC misjuq minn raġel ta’ 27 sena mir-Repubblika Ċeka u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 46 sena mill-Mosta.

Mar-raġel ta’ 27 sena kien hemm ukoll mara ta’ 25 sena, ukoll mir-Repubblika Ċeka.

B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, mutur ieħor Honda NSC li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 26 sena mir-Repubblika Ċeka tilef il-kontroll u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lit-tliet persuni li kienu fuq il-muturi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni tal-irġiel għadha pendenti.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.