Tfajla Ta’ 25 Sena Ssofri Minn Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajret Minn Karozza Tal-Linja F’Tas-Sliema

 Tfajla Ta’ 25 Sena Ssofri Minn Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajret Minn Karozza Tal-Linja F’Tas-Sliema

Filippina ta’ 25 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza tal-linja.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma li toqgħod tal-Pietà ntlaqtet minn xarabank tat-tip Otokar Kent, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti l-Ħamrun, li huwa wkoll Filippin.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Filmat minn kamera tas-sigurtà li għażilna li ma nxandruħx b’rispett, juri l-mument li t-tfajla niżlet mill-karozza tal-linja fuq bus stop u għaddiet minn quddiemha biex taqsam għan-naħa l-oħra tat-triq. Hi tidher titlaq tiġri meta fil-mument tintlaqat minn karozza tal-linja oħra li kienet ġejja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.