Tużax Dan Il-Prodott Minħabba Livelli Għoljin Ta’ Pestiċidi

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ pestiċidi varji.
Deskrizzjoni tal-prodott: Kemmun mitħun (Ground Cumin)
Ditta: TRS
Użin: 100g
Data tad-durabbilità: April 2023
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mit-8am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq [email protected].