Waqt Li Kien Miexi Isib Kelb Maħruq U Mormi F’Kaxxa F’Ħaż-Żebbuġ

 Waqt Li Kien Miexi Isib Kelb Maħruq U Mormi F’Kaxxa F’Ħaż-Żebbuġ

“Għadni kemm għaddejt minn fejn it-tennis ta’ Ħaż -Żebbuġ ta’ fejn St Dorothy u nsib din ix-xena makabra.”

Hekk kiteb Justin Cauchi fuq il-mezzi soċjali tiegħu, hekk kif aktar kmieni dalgħodu kien miexi fiż-żona tal-Iskola St. Dorothy.

Huwa qal li din kienet xena makabra għaliex kien hemm kelb maħruq imgeżwer b’biċċiet u mormi f’kaxxa tal-kartun.

“Skużawni mhux daqshekk ċar però lanqas qed nemmen dak li qed nara b’għajnejja”, kompla jikteb Cauchi.

Intant wara li Cauchi talab l-għajnuna ta x’għandu jagħmel f’każ bħal dan, huwa ċempel u għarraf lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali dwar il-każ.

Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija wkoll li qed jinvestigaw dan l-att makabru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com