Wolt Tiftaħ L-Ewwel Ħanut Tal-Merċa Online Bil-Kunsinja Biss F’Malta
L-għażla ta’ ħwienet tal-merċa fuq Wolt f’Malta qed tikber hekk kif Wolt Market illum ħabbret il-ftuħ tal-ewwel ħanut tagħhom ta’ kunsinja biss f’Burmarrad. Wolt Market qed toffri lill-klijenti għażla kkurata ta’ 2500 prodott li jvarjaw minn ikel għal affarijiet ta’ kuljum, u l-għażla qed tkun żviluppata aktar abbażi tax-xewqat tal-klijenti.
“Kuntenti ħafna li fl-aħħar qed niftħu Wolt Market f’Malta. Fl-aħħar mill-aħħar, nittamaw li ngħinu lin-nies jiffrankaw il-ħin billi nagħmlu x-xiri tal-merċa ta’ kull ġimgħa faċli u ta’ malajr. Ħerqanin biex naraw ir-rispons tan-nies u kif se tibda tintuża maż-żmien,” jgħid Athanasios Bilalis, General Manager ta’ Wolt Market fir-reġjun tal-Mediterran.
Il-klijenti jistgħu jagħmlu ordnijiet permezz tal-applikazzjoni Wolt jew il-websajt ta’ Wolt, u jagħżlu bejn twassil id-dar u ġbir mill-klijent stess. Ordnijiet jistgħu wkoll isiru bil-quddiem, fejn tippermetti li l-ħin tal-kunsinja mixtieqa tkun iddeterminata sa l-eqreb ħames minuti.
Wolt Market Burmarrad se jibda jservi diversi lokalitajiet, fosthom il-Mellieħa, Buġibba, il-Mosta, in-Naxxar, l-Imġarr, ir-Rabat, Ħ’Attard, Birkirkara, u San Ġiljan. Il-konsenji kollha huma mmaniġġjati mill-imsieħba tal-courier Wolt, u l-ħin medju ta’ kunsinja hu stmat li jkun madwar 30 minuta minn meta ssir l-ordni.
L-ewwel Wolt Market tnieda f’Ħelsinki fir-rebbiegħa tal-2020. Illum, Wolt Market topera fi 22 pajjiż u fetħet aktar minn 50 ħanut. Skont Athanasios Bilalis, Wolt Market għanda l-għan li tespandi wkoll fir-reġjun tal-Mediterran fil-futur.
“Qegħdin infittxu li nagħmlu x-xiri tal-merċa ta’ kull ġimgħa konvenjenti u faċli għal aktar nies, u bħalissa qed naħsbu dwar għażliet differenti. Nittamaw li nkunu nistgħu ngħidu lin-nies aktar aħbarijiet tajbin fil-futur qarib,” żid jgħid.
“Dak li hu importanti għalina huwa li nibqgħu ffukati fuq li nibnu l-aqwa esperjenza possibbli għall-klijent. L-esperjenzi tagħna minn swieq oħra kienu nkoraġġanti ħafna, u nemmnu li sibna mudell li jaħdem tajjeb. Fl-istess waqt, dejjem hemm affarijiet li nistgħu nagħmlu aħjar u qed naħdmu ħafna biex intejbu waqt li nimxu ’l quddiem. Se nkunu qed nisimgħu mill-qrib ir-rispons kollu li jkollna,” kompla jgħid.