Xarabank Privata Tinqaleb F’Wied Fin-Nadur

 Xarabank Privata Tinqaleb F’Wied Fin-Nadur

Xufier ta’ xarabank ta’ kumpanija privata kellu jiddaħħal l-isptar Ġenerali t’Għawdex wara li x-xarabank li kien qed isuq spiċċat inqalbet f’wied.

L-aċċident seħħ għall-ħabta tat-8am, fi Triq it-Tiġrija, In-Nadur.

Jidher li fortunatament fil-mument li seħħ l-aċċident fix-xarabank ma’ kienx hemm passiġġieri.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lix-xufier. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Rapport fuq ONE news qed jgħid li x-xufier kien sejjer jgħabbi t-tfal għall-iskola.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ritratt: ONE news

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com