Xemxi U Sabiħ Mal-Ġurnata…Possibilità Ta’ Maltempata Bir-Ragħad Bil-Lejl
🌤⛈ It-temp illum ġeneralment xemxi matul filgħodu li jsir ftit imsaħħab waranofsinhar u bix-xita, possibilment maltempata bir-ragħad, matul filgħaxija. Jiffriska.
[☔️: 75% | 🌨: 25% | ⚡️: 50% | 💨: 80%]
🌬 Ir-riħ moderat (F4) mill-Punent Majjistru (WNW) li jsir ħafif (F3) mil-Lbiċ (SW), imbagħad jitqawwa (F4-5) u jiksaħ mill-Punent (W) matul il-lejl. 💨 Buffuri qawwija huma possibbli qrib xi maltemp. ⚠️
🌊 Il-baħar ftit qawwi li jsir moderat.
🌡 L-ogħla temperatura llum: 25°C; l-inqas illejla: 16°C.
🥵 Tinħass: 27°C | 14°C 🥶.
🔆 Indiċi UV: 9.
Ritratt mill-isbaħ miġbud riċentament waqt l-għabex mill-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli, grazzi għal Nazio Xuereb