Żagħżugħ Iweġġa’ Gravi Wara Li Kien Aggredit F’San Ġiljan
Franċiż ta’ 26 sena weġġa’ gravi wara li ġie aggredit minn persuna li ħarab minn fuq il-post qabel waslu l-Pulizija.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-1:30am, fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.