Żagħżugħa Ta’ 21 Sena Ssofri Ġrieħi Gravi F’Ħabta Bejn Tliet Karozzi F’Ħal Kirkop
Rumena ta’ 21 sena sofriet ġrieħi gravi f’ħabta bejn tliet karozzi.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tat- 8:15am, fi Triq L-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn tliet vetturi; Toyota Vitz misjuqa mill-vittma li toqgħod il-Gżira, Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħal Lija u Nissan Micra misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-Rumena l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.