Żewġt Iklieb Il-Baħar Inqabdu Minn Bajja Awstraljana

 Żewġt Iklieb Il-Baħar Inqabdu Minn Bajja Awstraljana

Joshua Butterworth u Jethro Bonnichta minn Esperance fl-Awstralja jidhru jippużaw f’ritratti ma’ klieb il-baħar enormi; wieħed magħruf bħala kelb il-baħar tal-martell (hammerhead shark) u l-ieħor bl-isem xjentifiku tigra (Tiger shark) li jiżnu bejn 770 u 880 libra.

Jidher li dawn ir-ritratti ġrew sew mal-erbat irjieħ tad-dinja. Intqal li biex qabdu wieħed minnhom qattgħu mal-40 minuta.

Bla dubju aħna naħsbu li l-kritika mill-pubbliku tinsab biss f’pajjiżna. Forsi għax aħna żgħar u l-għajta tagħna tinstema’ iżjed. Imma hekk ġralhom ukoll dawn iż-żewġ persuni li qalgħu kritika kbira dwar il-fatt li qabduhom meta setgħu ħallewhom jgħixu fil-paċi.

Huma rribattew li qabduhom u ħadu ħsieb li ma jweġġgħuhomx u reġgħu telquhom fil-baħar. Min jaf?! Tgħid għal ritratt nagħmlu kollox?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com