Aġġornament Dwar Iż-Żewġt Irġiel L-Isptar Kawża Ta’ Splużjoni Fil-Kamra Tan-Nar Fil-Mosta

 Aġġornament Dwar Iż-Żewġt Irġiel L-Isptar Kawża Ta’ Splużjoni Fil-Kamra Tan-Nar Fil-Mosta

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Korp tal-Pulizija ntqal li aktar tard, raġel ta’ 25 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Intqal li għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija tal-Għassa tal-Mosta ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li ftit qabel iddaħħal l-Isptar Mater Dei raġel ieħor li kien involut f’dan il-każ. Ir-raġel, li għandu 60 sena u jgħix il-Mosta, ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com