Aktar Xowers Disponibli F’Bajjiet Madwar Malta
Il-Fondazzjoni għal Żoni Turistiċi nstallat il-faċilita’ ta’ xowers fi 3 bajjiet oħra. Dawn jistgħu jinstabu fiż-żona tal-Fajtata f’Wied il-Għajn, f’Golden Bay fil-Mellieħa u l-bajja ta’ San Ġorg f’San Ġiljan
Sfortunatament wara biss ftit jiem mill-installazzjoni tagħhom, ix-xowers tal-bajja ta’ San Ġorġ ġew ivvandaliżżati.
Ftit tal-jiem ilu, il-Fondazzjoni għal Żoni Turistiċi b’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, installat ‘changing-room‘ ġdida u xower ġdid ukoll fil-bajja tal-Għadira