Attenzjoni: Sejħa Lura Ta’ Baby Teether F’Forma Ta’ Faqqiegħa
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli ta’ baby teether/pacifier f’forma ta’ faqqiegħa għat-trabi tat-twelid. Il-prodott jinbiegħ ukoll onlajn taħt in-numri ta’ identifikazzjoni li ġejjin: B09H2RH1QT, B09JWL234H u B09H2SBX.
Il-baby teether/ pacifier qed tissejjaħ lura peress li din ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurezza tal-Ġugarelli u l-istandards Ewropej applikabbli. Ir-ras tal-faqqiegħa tal-baby teether/pacifier tista’ tinqaleb ’il ġewwa f’forma li tista’ timblokka l-passaġġ tan-nifs (mnieħer u ħalq) tat-tfal bir-riskju ta’ soffokazzjoni. Aktar dettalji tas-sejħa lura jistgħu jinstabu f’din il-link.
Minħabba f’hekk, l-MCCAA ħadet passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali. Il-konsumaturi li xtraw dan il-prodott għandhom jevitaw li jużawh u, fejn possibbli, jirritornawh lura għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh. Il-bejjiegħa huma obbligati li jirrimedjaw lill-konsumaturi, liema rimedju jista’ jieħu l-forma ta’ sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b’wieħed sigur.
Għal mistoqsijiet jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected].