CheckIn: It-Tnedhija Tal-Branding logo U L-Website Mill-Eks Studenti Salesjani

 CheckIn: It-Tnedhija Tal-Branding logo U L-Website Mill-Eks Studenti Salesjani

Il-Federazzjoni Nazzjonali tal-‘Past Pupils’ tas-Salesjani f’Malta, nedew proġett ġdid bl-isem CheckIn, f’attivita li seħħet fl-uffiċini ġodda f’Tas-Sliema. Il-Ministru tat-Turismu, Onor. Clayton Bartolo MP, kien preżenti għal dan l-avveniment.

Il-proġett CheckIn jiffoka li joffri opportunitajiet ġodda liż-żgħażagħ u edukaturi barra minn xtutna, biex jesperjenzaw mumenti ta’ avventura u ta’ tagħlim, fejn jesploraw il-gżejjer Maltin, kif ukoll jitgħallmu aktar fuqhom infushom minn aspett holistiku. CheckIn iħeġġeġ liż-żgħażagħ jieħdu sehem fi proġetti differenti dwar il-kultura, l-ambjent, l-ispiritwalita u saffar għall-żgħażagħ.

Louis Debono u Marica Aquilina ppreżentaw il-‘logo’ u il- ‘website’ il-ġdid ta’ CheckIn. Urew lil mistiednin ix-xogħol li sar għal CheckIn, u qasmu magħhom proġetti li diġa’ qegħdin fis-seħħ, kif ukoll proġetti li qegħdin fl-istadju ta’ pjanar għal matul is-sena li ġejja. Wieħed mill-proġetti li bħalissa qiegħed fis-seħħ bħalissa huwa CheckIn Camino – app li toffri esperjenza fil-kampanja u mal-kosta ta’ Malta u ta’ Ghawdex, fejn wieħed jara il-kultura u l-ambjent Malti minn lenti differenti; minn lenti ta’ avventura ta’ mixjiet differenti.

“Dan il-proġett iħares lejn it-turiżmu ta’ fidi mhux mill-aspett ta’ reliġjon biss, imma minn perspettiva ħolistika li tindirizza l-elementi spiritwali, fiżiċi, soċjali u kulturali tal-persuna. Dan jagħti valur lil dan il-proġett. Għalhekk, il-prodotti u s-servizzi li qed jinħolqu jolqtu l-edukazzjoni non-formali, ilvolontarjat, l-iskambju kulturali, l-isports u l-avventura. L-għan li jipprovdi lill-parteċipanti, l-aktar żgħażagħ u edukaturi, esperjenza dinamika marbuta ma’ dak li joffru Malta u Għawdex,” tenna lMinistru għat-Turiżmu, Onor. Clayton Bartolo MP.

Ghall- aktar informazzjoni ikkuntatjaw lil Marica Aquilina: Numru tat-Telefon: 99375669 Email: [email protected]

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com