Inċident tat-Traffiku F’San Ġwann – Żagħżugħ Ta’ 25 Sena L-Isptar

 Inċident tat-Traffiku F’San Ġwann – Żagħżugħ Ta’ 25 Sena L-Isptar

Ungeriż ta’ 25 sena, għal xi l-ħdax ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Tesla Model 3 misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com